L-app Kliem għaż-Żgħar tgħin lit-tfal ċkejknin jitgħallmu, b’mod interattiv, kliem bażiku bil-Malti. Bil-logħob it-tfal iqabblu l-kliem mal-istampi u jieħdu gost jaqraw u jisimgħu l-kliem bil-Malti. Din l-app tista’ tintuża wkoll mill-barranin li jkunu jixtiequ jitgħallmu ftit vokabularju bażiku bil-Malti.
Kif tħaddem l-app mill-iskrin prinċipali:
Minn hawn tista’:
- tmur fit-taqsima “Tgħallem” biex taqra jew tisma’ l-kelma miktuba u tara l-istampa li taqbel magħha
- tilgħab il-logħba “Agħżel il-kelma” billi tagħżel il-kelma t-tajba li taqbel mal-istampa li tara
- tilgħab il-logħba “Agħżel l-istampa” billi tagħżel l-istampa t-tajba li taqbel mal-kelma li tara
- tmur fit-taqsima tal-punti biex tara r-riżultat li ksibt
- tixgħel/titfi l-mużika tal-isfond
- taqra fuq il-kumpanija tagħna u fuq il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti
F’kull logħba tista’ tisma’ l-kelma tinqara jekk tagħfas fuqha jew fuq l-istampa tagħha.
Ħu gost ilgħab u tgħallem fl-istess ħin.
This version of Kliem għaż Android Game comes with one universal variant which will work on all the Android devices.
If you are looking to download other versions of Kliem għaż Android Game, We have 1 version in our database. Please select one of them below to download.